Eurovision: Onorat l-artist bl-agħar ħwejjeġ din is-sena; Il-votazzjoni għalqet illum

Conan Osiris għall-Portugall. Ritratt: Thomas Hanses

Normalment nifirħu b’xi unur għax dan ikun jirrifletti xi kisbiet partikolari iżda fix-xena tal-Eurovision sa mill-1997 ilu jeżisti il-Barbara Dex Award, msemmi wara l-artista Barbara Dex li rrapreżentat il-Belġju fl-1993. Il-libsa tagħna, diżinjata minna stess, tant qajmet kritika li spiċċaw ħolqu unur warajha u kull sena għal dawn l-aħħar 22 sena u l-pubbliku jkollu ċans jivvota mill-jum wara s-serata finali sa 7 tijiem wara.

Barbara Dex fl-1993, bil-libsa linspirat dan l-unur. Ritratt: YouTube

Illum il-Ħadd 26 ta’ Mejju, fil-ħin ta’ nofsinhar għalqet il-votazzjoni. L-unur għall-agħar ilbies fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest marret għand Conan Osiris, il-kantant li rrappreżenta l-Portugall bil-kanzunetta Telemóveis.

Conan Osiris għall-Portugall. Ritratt: Thomas Hanses

U min ġie vvuttat fil-postijiet ta’ wara?

Fit-tieni post ikklassifikat il-kantanta Tamta għal Ċipru.

Tamta għal Ċipru. Ritratt: Thomas Hanses

Fit-tielet post Zena għall-Belarussja

Belarusja: ZENA – Like It.. Ritratt: Andres Putting

Ir-raba’ post qed jokkupaha Eliot għall-Belġju.

Eliot. Ritratt: Andres Putting

Fil-ħames u l-aħħar post il-kantanta Tamara Todevska għall-Maċedonja ta’ Fuq.

Tamara Todevska. Ritratt: Thomas Hanses