Eurovision: Illejla Michela tiftaħ is-serata finali. X’nistennew aktar?

Michela tiftaħ il-finali tal-64 Eurovision. Ritratt: Thomas Hanses

Bla dubju li hemm stennija kbira għall-Eurovision tal-lejla hekk kif Malta, grazzi għal Michela Pace bil-kanzunetta Chameleon, reġgħet sabet postha fil-finali tal-Eurovision Song Contest wara assenza ta’ sentejn. Kien fil-fatt fl-2016 li konna l-aħħar fil-finali bil-kanzunetta Walk on Water li biha kienet ipparteċipat Ira Losco.

Illejla taqtigħa kbira f’in il-kompetizzjoni fejn Malta qed tissemma’ li possibbilment tmur tajjeb iżda huma l-Olanda, Żvizzera u l-Iżvezja li qed jingħad li se jġorru t-trofew llejla. Iżda ivvuttat il-50% tal-voti tagħha l-ġurija l-bieraħ filgħaxija ħadd ma’ jaf u issa jonqos biss il-50% tal-voti att-telespettaturi.

Illejla se jkunu qed jivvutaw il-41 pajjiż parteċipant u ovvjament kull pajjiż ma jistax jivvota għalih innifsu.

Illejla se naraw lill-kantanta rebbieħa tas-sna l-oħra bħala mistiedna u se tkun qed twassal il-kanzunetta Nana Banana. Se naraw ukoll kantanti li fl-imgħoddi rebħu il Eurovision bħal Dana International, Conchita Wurst u Måns Zelmerlöw, kif ukoll Verka Serduchka.

Bla dubju attrazzjoni kbira llejla se tkun il-parteċipazzjoni ta’ Madonna li mistennija twassal żewġ kanzunetti, Like A Prayer, kanzunetta li ħarġet 30 sena ilu u li għadha popolari sal-lum, u Future, silta ġdida merfugħa mill-album Madame X, li se tkun qed tniedi fl-14 ta’ Ġunju.

Bar Refaeli, Erez Tal, Assi Azar u Lucy Ayoub se jkunu qed jippreżenta is-serata finali mill-Expo Tel Aviv, fl-Iżrael.

Din hija l-ordni tal-kanzunetti għal-lejla. Awguri Michela! Awguri Malta!

L-ordni tal-finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest