Eurovision: Michela se tiftaħ is-serata finali tas-Sibt

Ritratt: Thomas Hanses

Read in English.

Se tkun Michela Pace li nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju se tiftaħ il-finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest 2019.

Wara li l-bieraħ ġew imħabbra l-10 pajjiżi li kkwalifikaw saret it-tlugħ bil-polza jekk issa fil-finali jkantawx fl-ewwel nofs jew fit-tieni nofs.

Malta ġiet fl-ewwel nofs u wara ġiet determinata r-running order tas-serata, li turi li Michela Pace, għal Malta, se tkun qed tiftaħ din il-kompetizzjoni.

L-ordni tal-pajjiżi kif se jkantaw nhar is-Sibt li ġej hija hekk:

1. Malta
2. Albanija
3. Repubblika Ċeka
4. Ġermanja
5. Russja
6. Danimarka
7. San Marino
8. Maċedonja tat-Tramuntana
9. Żvezja
10. Slovenja
11. Ċipru
12. Olanda
13. Greċja
14. Iżrael
15. Norveġja
16. Renju Unit
17. Iżlanda
18. Estonja
19. Belarussja
20. Ażerbajġan
21. Franza
22. Italja
23. Serbja
24. Żvizzera
25. Awstralja
26. Spanja

Malta; Michela Pace. Ritratt: Andres Putting