Eurovision: Malta tgħaddi għall-finali tas-Sibt

Malta; Michela Pace. Ritratt: Andres Putting

Wara sentejn neqsin mill-finali tal-Eurovision Song Contest, Malta għaddiet permezz ta’ Michela u l-kanzunetta Chameleon.

Emozzjonijiet kbar kemm fl-arena ta’ Expo Tel Aviv u żgur li wkoll fid-djar ta’ eluf ta’ Maltin li kienu qed isegwu hekk kif pajjiżna tħalla għall-aħħar biex jiġi msemmi bħala kwalifikat.

Il-pajjiżi li kkwalifikaw huma dawn, skont l-ordni kif tħabbru

  1. Maċedonja tat-Tramuntana
  2. Olanda
  3. Albanija
  4. Żvezja
  5. Russja
  6. Ażerbajġan
  7. Danimarka
  8. Norveġja
  9. Żvizzera
  10. Malta

Malta issa tiċċelebra dan ir-riżultat u għada l-Ġimgħa jibdew il-provi għas-serata tas-Sibt.

L-10 pajjiżi li kkwalifikaw mit-tieni semifinali. Ritratt: Andres Putting