Eurovision: Jitħabbru l-10 finalisti mill-ewwel semifinali

L-artisti li qed jirrappreżentaw l-10 pajjiżi li mill-ewwel semifinali għaddew għall-finali tas-Sibt 18 ta' Mejju. Ritratt: Andres Putting

Tħabbru l-10 finalisti mill-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest.

Dawn huma:

  • Greċja – Katerine Duska – Better Love
  • Belarussja – ZENA – Like It
  • Serbja – Nevene Božović – Kruna
  • Ċipru – Tamta –  Replay
  • Estonia – Victor Crone – Storm
  • Czech Republic – Lake Malawi – Friend Of A Friend
  • Australia – Kate Miller-Heidke – Zero Gravity
  • Iceland – Hatari – Hatrið mun sigra
  • San Marino – Serhat – Say Na Na Na
  • Slovenia – Zala Kralj & Gašper Šantl – Sebi

L-ordni li biha ġew imħabbra m’hijiex l-ordni ta’ klassifikazzjoni.

Dawn l-10 issa jingħaqdu mas-sitt pajjiżi li kemm hemm konfermati għas-serata finali.

Illum l-Erbgħa 15 ta’ Mejju, jibdew id-dress rehearsals tat-tieni semi finali u għaldaqstant se tkun qed tagħmel il-provi tagħha Michela Pace għal Malta bil-kanzunetta Chameleon.

L-ewwel prova ssir fil-ħin ta’ wara nofsinhar, filwaqt li t-tieni waħda fil-ħin ta’ filgħaxija, meta fl-istess waqt il-ġuriji tal-pajjiżi parteċipanti jivvutaw il-50% tal-voti tagħhom.

L-artisti li qed jirrappreżentaw l-10 pajjiżi li mill-ewwel semifinali għaddew għall-finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju. Ritratt: Andres Putting