Eurovision: Illejla l-ewwel semi finali

Il-preżentaturi tal-64 Eurovision Song Contest. Ritratt: Thomas Hanses

Illejla fid-9pm tibda l-ewwel semi finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li qed isir fl-Expo Tel Aviv.

Ritratt: Thomas Hanses

Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra Netta Barzilai se tiftaħ l-ewwel serata b’arranġament ġdid tal-kanzunetta rebbieħa tagħha mill-edizzjoni tas-sena l-oħra, Toy.

 

 

Dana International, mistiedna llejla fil-Eurovision Song Contest. Ritratt: Thomas Hanses

Mistiedna fis-serata se naraw il Dana International li fl-1998 kienet ġabet it-tielet rebħa għall-iżrael permezz tal-kanzunetta Diva. Illejla pero hi mistennija li tinterpreta l-kanzunetta Just the Way You Are ta’ Bruno Mars.

Il-Eurovision Song Contest se jkollu erba’ peżentaturi: Bar Refaeli, Erez Tal, Assi Azar u Lucy Ayoub.

 

Il-pajjiżi parteċipanti fis-serata tal-lejla huwa 17, u minnhom 10 jgħaddu għall-finali tas-Sibt.

L-ordni tal-parteċipanti tal-lejla hija kif ġej:

  1. Cyprus – Tamta – Replay
  2. Montenegro – D mol – Heaven
  3. Finland – Darude feat. Sebastian Rejman – Look Away
  4. Poland – Tulia – Fire of Love (Pali się)
  5. Slovenia – Zala Kralj & Gašper Šantl – Sebi
  6. Czech Republic – Lake Malawi – Friend Of A Friend
  7. Hungry – Joci Pápa – Az Én Apám
  8. Belarus – ZENA – Like It
  9. Serbia – Nevene Božović – Kruna
  10. Belgium – Eliot – Wake Up
  11. Georgia – Oto Nemsadze – Keep On Going
  12. Australia – Kate Miller-Heidke – Zero Gravity
  13. Iceland – Hatari – Hatrið mun sigra
  14. Estonia – Victor Crone – Storm
  15. Portugal – Conan Osiris – Telemóveis
  16. Greece – Katerine Duska – Better Love
  17. San Marino – Serhat – Say Na Na Na 

Illejla jivvutaw biss l-istess pajjiżi parteċpanti kif ukoll l-Iżrael, Spanja u Franza.

Il-vot tal-pubbliku jissarraf f’50% tal-voti filwaqt li l-ġurija diġa vvutat il-50% tal-voti tagħha fis-serata li saret il-bieraħ filgħaxija.

Wara li jitħabbru l-10 finalisti, issir konferenza stampa.

Għada l-Erbgħa Michela Pace titla fuq il-palk tal-Eurovision għall-ewwel żewġ dress rehearsals tagħha.

Ritratt: Andres Putting