Eurovision: Il-Gvern jirrifjuta li jagħti dettalji dwar id-delegazzjoni Maltija

Il-Gvern irrifjuta milli jippubblika dettalji dwar minn min kienet iffurmata d-delegazzjoni Maltija li attendiet għall-Eurovision iktar kmieni dan ix-xahar fid-Danimarka, minkejja talba mid-deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech fil-Parlament permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari.
Il-Ministru Manuel Mallia, responsabbli mill-PBS, mitlub jagħti l-ismijiet, ir-rwoli u l-ispiża preċiża li nħarġet minn fondi pubbliċi għall-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni “tal-Gvern u/jew tal-PBS li attendiet għall-Eurovision” qal biss li filwaqt li jassigura li d-daqs tad-delegazzjoni Maltija ma kinitx akbar mis-snin preċedenti, jinforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża kienet inqas.
Qal ukoll li din is-sena l-Gvern ħa “din l-inizjattiva b’mod kummerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni rikjesta hija ta’ natura kummerċjali”.