Eurovision: F’liema pożizzjoni se tispiċċa Malta?

Ritratt: Andres Putting

Wara li llum saru l-provi tat-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, komplew joħorġu l-previżjonijiet ta’ f’liema pożizzjoni se tispiċċa l-kanzunetta Maltija.

Is-sena l-oħra, il-bookmakers laqtu l-musmar fuq rasu meta kienu qalu li l-kanzunetta Toy ta’ Netta għall-Iżrael kellha tirbaħ il-Eurovsion Song Contest.

U din is-sena?

Ritratt: Eurovisionworld.com

Skont l-aħħar previżjonijiet, huwa Duncan Laurence għall-Olanda li se jirbaħ l-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Arcade. john Lundvik, favorit ieħor fil-Eurovision bil-kanzunetta Not Too Late for Love qiegħed fit-tieni post waqt li Sergey Lazarev, li jinsab fit-tieni parteċipazzjoni tiegħu għar-Russja fil-Eurovision, qed jiġi previst li jikkwalifika fit–tielet post bil-kanzuentta Scream.

Allura tistaqsu, u bir-raġun, fejn qed jaħsbu li se tispiċċa l-kanzunetta ta’ Malta, u se ngħaddu għall-finali?

Skont il-previżjonijiet, ir-risposta hija iva għax il-bookmakers qed jagħtu lil Michela is-sitt pożizzjoni. Qabilna qed jissemmww l-Italja bil-kanzunetta Soldi, interpretata minn Mahmood, u Chingiz bil-kanzunetta Truth għall-Ażerbajġan.

Ovvjament xejn ma hu finali u l-ewwel pass impotartanti huwa li Michela tkun fost l-10 pajjiżi li l-Ħamis 16 ta’ Mejju jgħaddu għall-finali tas-Sibt.

Kif jgħid il-Malti, il-tiġrija sal-barkun….