Eurovision: Fejn spiċċaw il-kanzunetti li kantaw l-ewwel pożizzjoni fl-aħħar snin?

Ritratt; Thomas Hanses

Nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju, wara assenza ta’ sentejn, Malta se terġa’ tkun qed tmiss mal-finali tal-Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Chameleon, interpretata minn Michela.

Skont l-ordni li ġiet determinata, Michela, għall-Malta, se tkun qed tiftaħ l-64 edizzjoni. Din se tkun l-ewwel darba fi 33 parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Eurovision li pajjiżna se jiftaħ il-kompetizzjoni.

Hemm min jgħid li huwa sinjal tajjeb li nkantaw l-ewwel, u hemm min jgħid li sinjal ħażin. Għal oħrajn, ma tagħmilx differenza fejn kanzunetta tiġi nterpretata.

Pero fejn spiċċaw fil-kompetizzjoni dawk li kantaw fl-ewwel pożizzjoni mill-2009 ‘l hawn?

Tgħid Malta se jirnexxielha tbiddel dak li seħħ fl-aħħar snin, l-aktar wara li Michela b’Chameleon qed tidher li qed tissemma’ ħafna aktar issa li se tmur tajjeb fil-finali?

Pajjiż li kanta l-ewwel              Fejn spiċċa                                  Pajjiż rebbieħ

2009    Litwanja                         23 post (minn 25 pajjiż)                 Norveġja

2010    Azerbajġan                     5 post (minn 25 pajjiż)                   Ġermanja

2011    Fillandja                         21 post (minn 25 pajjiż)                 Ażerbajġan

2012    Renju Unit                      25 post (minn 26 pajjiż)                 Żvezja

2013    Franza                           23 post (minn 26 pajjiż)                 Danimarka

2014    Ukrajna                          6 post (minn 26 pajjiż)                  Awstrija

2015    Slovenja                         14 post (minn 27 pajjiż)                Żvezja

2016    Belġju                            10 post (minn 26 pajjiż)                Ukrajna

2017    Iżrael                             23 post (minn 26 pajjiż)                Portugall

2018    Ukrajna                          17 post (minn 26 pajjiż)                Iżrael