Eurovision 2018: Tibda l-ewwel serata semi-finali. Min se jkanta?

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=AnYTtpYYRw4]

Fid-9pm ħin lokali jitla’ s-separju tal-ewwel serata semi-finali tal-Eurovision 2018.
Il-famuż Te Deum li ħafna jaħsbu li nkiteb apposta għall-Eurovision, jiftaħ is-serata tas-63 edizzjoni ta’ dan l-ikbar festival mużikali tad-dinja.
F’din ta’ llejla se jieħdu sehem b’kollox 19-il pajjiż li minnhom 9 mhux se jgħaddu għas-serata finali tas-Sibt li ġej.
Ilbieraħ il-ġurati diġa taw 50% tal-voti.
Xi ħaġa dwar il-preżentaturi … 4 persuni se jippreżentaw il-Festival. Is-serata ta’ llum se tkun mimlija diskors bejn kull sett ta’ kanzunetti. Il-preżentaturi se jqisu lil dawk fis-sala u lit-telespettaturi fuq vapur, peress li l-Portugall għandu rabtu qawwija mal-baħar.
Wara l-jury final ta’ lbieraħ, skont il-betting polls il-kanzuentta ta’ Ċipru qabżet lill-favorita assoluta Iżrael.
Malta tkanta fil-Jury Final ta’ għada l-Erbgħa u fis-serata semi-finali tal-Ħamis.
RTK u Newsbook.com.mt jibqgħu jaġġornawk b’mod dirett bl-aħħar żviluppi mill-Portugall.
Ritratt: Andres Putting