Eurovision 2018: Persuna taħtaf il-mikrofonu tal-kantanta tar-Renju Unit

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=3vx9B8i5Xdw]

Raġel tela’ fuq il-palk waqt il-kanzunetta tar-Renju Unit u ħatfilha l-mikrofonu.
Sar magħruf permezz t’artiklu li deher fuq il-BBC li l-iskop kien li jipprotesta u l-messaġġ li xtaq jgħaddi kien: Nazis of the UK media, we demand freedom”.
Il-kantanta baqgħat kalma u sakemm il-membri tas-sigurta ħatfuh u niżżuh l-isfel, xi ħadd newwlilha mikrofonu ieħor u l-kanzunetta kompliet.
Il-kantanta għażlet li ma terġax tkanta fl-aħħar tas-serata minkejja li ġiet offruta l-opportunita.
Qalet li temmen li għamlet biċċa xogħol tajba u li m’hemmx għalfejn terġa’ tkanta.
Din mhix l-ewwel darba li ġraw affarijiet hekk fil-Eurovision.
Fl-2010 Jimmy Jump tela’ waqt il-kanzunetta ta’ Spanja u qagħad jiżfen mal-kantant ta’ Spanja.
Is-sena l-oħra waqt l-intervall, meta l-kantanta Jamala kienet qed tkanta, fan tela’ maġenbha fuq il-palk u kixef il-warrani.