Eurovision 2018: Christabelle fl-Istitut tas-Saħħa Mentali Globali

Il-kantanta Maltija Christabelle Borg dalgħodu kompliet ixxerred messaġġ pożittiv ta’ kuraġġ lil min għaddej minn sfidi ta’ saħħa mentali meta żaret iċ-ċentru globali tas-Saħħa Mentali f’Lisbona.
Dan hu ċentru li apparti li jirriċerka dwar sfidi mentali, huwa ċ-ċentru interanzzjonali li minnu joħorġu statistiċi u regoli uffiċjali dwar is-saħħa menatali tal-bniedem.
Christabelle kellha jakkumpanjawha ukoll membri mill-Ministeru tas-saħħa Portuġiż.
Il-President ta’ Malta bagħtet ukoll messaġġ irrekordjat f’din l-okkażjoni.
Permezz tal-kanzunetta Taboo Christabelle qajmet kuxjenza b’saħħitha ta’ kuraġġ dwar it-tama li għandu jagħmel min hu milqut minn sfidi mentali.
Għada Christabelle ikollha l-Jury Final fejn il-ġurati jagħtu ħamsin fil-mija tal-voti, qabel ma mbagħad il-Ħamis inkunu nafu Malta tgħaddix għall-finali tas-Sibt li ġej.
Illejla fid-9pm ħin lokali tibda l-ewwel serata semi-finali. Minnha jridu jgħaddu 10 pajjiżi li jagħmluha għall-finali.
Newsbook.com.mt u RTK jibqa’ jżommok aġġornat bl-aħħar żviluppi mill-Portugall
Ritratt: Adrian Refalo – President OGAE Malta