Eurovision 2015: Malta u l-Ġorġja b’kanzunetta bl-istess isem

Fil-Eurovision 2015, minbarra l-kanzunetta ta' Amber Warrior se jkun hemm kanzunetta oħra bl-istess isem.
Din se tkun qed tirrapreżenta lill-Ġorġja.
Il-kanzunetta għadha kemm intagħżlet ftit ħin ilu minn ġurija esperta li kienet tinkludi fost l-oħrajn lir-rebbieħa tal-Eurovision 2013 Emmelie De Forest. Ħamsin fil-mija tar-riżultat ġie determinat mill-voti tal-poplu fil-Ġorġja.
Il-kanzunetta Warrior li se tirrapreżenta lill-Ġorġja se tkun kantata mill-kantanta Nina li kitbet il-kanzunetta hi stess.
Minkejja li l-għażla tal-kanzunetta tal-Ġorġja tħabbret ftit ħin ilu, ħafna fans tal-Eurovision bdew jitkellmu dwar dan il-każ uniku li s'issa fil-Eurovision ma jidhirx li ġara bħalu.
Uħud diġa' qed iqabblu ż-żewġ kanzunetti u jiddibattu liema Warrior għandha l-aħjar ċans biex tirbaħ il-finali.
Ir-regolamenti tal-EBU jidher li jippermettu dan kollu, probabli għaliex s'issa ma jidhirx li kien hemm preċedent għal dan.