Eurovision 2013: Malta fit-tieni serata tas-semi-finali

Beda l-istaġun tal-Eurovision Song Contest.

Il-belt Żvediża Malmö uffiċjalment tħabbret bħala dik li se tilqa’ rappreżentanti minn 32 pajjiż.

Il-wirja ta’ Malta se tkun it-tielet waħda mit-tieni serata tas-semi finali. Dan ħareġ wara il l-ordni ta’ kif il-pajjiżi se jipparteċipaw fis-semi finali ittellgħat bil-lottu.

Il-Eurovision din is-sena se jkun rappreżentat minn farfett ikkulurit u l-kliem ‘we are one’. Il-logo tal-Eurovision sar f’ċerimonja li għaliha sar skambju bejn s-sindku tal-belt Baku fl-Azerbaijan u s-sindku Żvediż ta’ Malmö. Is-sena li għaddiet il-festival sar l-Azerbaijan, wara li kienet il-kanzunetta ‘Running Scared’ ta’ Elda u Nigar li kisbet l-ewwel post.

Il-kanzunetta li biha rebħet l-Iżvezja hija ‘Euphoria’ ta’ Loreen. Din għadha tindaqq ta’ spiss fuq stazzjonijiet tar-radju lokali.