Eurospin għal Malta b’5 ħwienet

Is-supermarket ġgant fl-Italja, Eurospin, mistenni jiftaħ ħames ħwienet ġodda f’Malta.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-ħwienet tal-Eurospin se joħolqu kompetizzjoni kbira ma’ ħwienet kbar bħal Lidl.

Eurospin bħalissa għandu ‘l fuq minn 7,000 impjegat, b’aktar minn 1,000 supermarket fl-Italja u 62 fis-Slovenja.

Malta se tkun it-tieni suq barrani ta’ Eurospin, li fetaħ fl-1993.