“€92 biljun mill-UE għal 30 miljun bid-dipressjoni” – Claudette Abela Baldacchino

Fost id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol hemm id-dipressjoni, li fis-sena 2010, swiet €92 biljun lill-Unjoni Ewropea u affettwat mat-30 miljun persuna.

Dan sostnietu l-ewro-parlamentari Claudette Abela Baldacchino waqt laqgħa mal-Unjin Maltija tal-Psikologi Professjoni, l-MUPP, fejn intqal li bħalissa l-Kummissjoni Ewropea tinsab fil-proċess li tiddeċiedi dwar it-tiġdid tal-istrateġija dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Tul il-laqgħa kienu diskussi l-viżjoni lokali u Ewropea tal-MUPP inkluż ukoll il-ħtiġijiet ta' gruppi differenti ta’ nies u familji Maltin li jkollhom bżonn is-servizz ta' psikologi.