€900 mill-isparaturi fuq il-plattini għall-Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ġiet ippreżentata b'donazzjoni ta’ €900 għall-Kampanija tal-Community Chest Fund; ‘Solidarjetà fl-Isport”, mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonijiet (FKNK).
Id-donazzjoni nġabret mill-membri tal-FKNK li taw sehemhom fi sparaturi fuq il-plattini.
Din l-attività ttellgħet mill-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukattiva fi ħdan il-FKNK.