€900,000 għall-għaqdiet volontarji li jridu jibbenefikaw mill-Fond tal-Istrina

ll-Fond għall-Għaqdiet Volontarji se jkollu €900,000 għall-għaqdiet volontarji u rreġistrati li jixtiequ jibbenefikaw mill-fondi ta’ l-istrina. 
Il-Fond għall-Għaqdiet Volontarji – Istrina 2014 se jgħin lill-għaqdiet li l-proġett li jixtiequ jwettqu matul din is-sena se jkun dwar: It-trobbija, it-tfulija, l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa, il-faqar, id-diżabilità, id-djalogu u l-ekoloġija.  
Il-Fond, twaqqaf biex fost l-oħrajn, jiġu aġġornati l-prioritajiet tal-flus li l-Malta Community Chest Fund tinvesti fis-soċjetà.  
Min irid jibbenefika mill-fondi miġbura għandu japplika sat-2 ta’ Marzu.  L-għaqdiet li se jibbenifikaw jitħabbru fl-4 ta’ Mejju 2015.
Għal aktar dettalji tista' tidħol fuq il-websajt tal-Malta Community Chest Fund.