€850,000 għal 149 benefiċjarju fis-settur tal-arti

Matul l-2015 kien hemm 149 benefiċjarju li gawdew minn fondi mqassma mill-Kunsill Malti għall-Arti. Bejniethom dawn ibbenefikaw minn €847,286.51.
Dan qalu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonniċi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Luciano Busuttil.
Il-fondi tqassmu permezz ta’ disa’ skemi differenti.
Fost l-oħrajn, 11-il benefiċjarju qasmu bejniethom €158,000 għal ‘proġetti kbar’.  
Fondi oħrajn ġew mogħtija biex tiġi ffaċilitata l-mobiltà tal-benefiċċjarji, appoġġ lill-organizzazzjonijiet, fond biex jgħin fl-esportazzjoni ta’ prodotti kulturali lokali, fondi biex jgħinu l-kreattività u proġetti kulturali televiżivi.