€84.6 biljun investiti barra minn Malta

Sal-aħħar tal-2013, l-assi ta’ investiment barra l-pajjiż, minn entitajiet f’Malta kienu jammontaw għal €84.6 biljun.
Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li dan kien ifisser żieda ta’ €5.4 biljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012.
€64 biljun kienu investiti f’shares, stokks u fondi ta’ investiment.