​€82,000 għal xalpi u freebies oħra tal-V18

Iktar minn €82,000 intefqu f’materjal pubbliċitarju (freebies) li tqassam b’xejn lill-pubbliku fil-ġimgħa tal-ftuħ ta' Valletta 2018, il-Belt Kapitali tal-Kultura.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal fil-Parlament, li l-materjal jinkludi biros, ingwanti, xalpi, keychains, lapel pins u basktijiet dekorattivi (woven paper baskets).
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia.