€80,000 għall-annimali bżonn il-kenn

Se jkun allokat fond ta’ €80,000 biex jittejjeb is-servizz fis-santwarji u  servizzi ta’ kenn tal-annimali.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, reġa’ nieda l-applikazzjonijiet tal-Animal Welfare Fund – Grant Support Scheme għall-2018.
L-għan ta’ dan il-fond huwa li jkun hemm rinovazzjoni ta’ faċilitajiet, jinbnew strutturi ġodda kif ukoll aġġornament tat-tagħmir li jintuża. Se jkun ukoll qed jgħin biex ikunu koperti l-ispejjeż ta’ mediċini, trattamenti veterinarji, ikel u trasport.