€80,000 f’għajnuna lill-għaqdiet volontarji ambjentali

Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera qassam aktar minn €80,000 lil disa’ għaqdiet volontarji ambjentali bħala parti mill-iskema ta’ fondi ambjentali.
Din l-iskema kienet miftuħa għall-għaqdiet volontarji non-governattivi li huma nvoluti fil-qasam tal-konservazzjoni u promozzjoni ambjentali.
Fost l-għaqdiet li ntgħażlu hemm Genista Foundation, Nature Trust Malta; Friends of the Earth, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Breeds of Origin Conservancy, Emergency Response and Rescue Corps, Heritage Parks Federation, Greenhouse Malta u  l-Malta UNESCO Youth Association.
Spjega li l-proġetti jinkldu tisbiħ ta’ parks, riċerka dwar il-mogħża Maltija u friefet tal-lejl, ambulanza tal-annimali, kampanji ta’ informazzjoni u ta’ ndafa pubblika.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut