€8,000 f’danni morali għall-mewt ta’ bintha f’supermarket

Il-Qorti Kostituzzjonali żiedet għal €8,000 il-kumpens għal danni morali li ngħatat Iris Cassar wara li sofriet ġrieħi serji u tilfet lil bintha f’inċident f’supermarket f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ f’Lulju tal-1990 meta waqa’ s-suffett fis-Save-On Supermarket. Konsegwenza ta’ dan mietu żewġ persuni, inkluż bint Iris, Marthese Caruana ta’ 28 sena.
Oriġinarjament Iris Cassar ingħatat €40,730 f’kumpens iżda dan niżel għal €27,990 minħabba li rriżulta li kienet qed tieħu ċerti mediċini qabel ma seħħ l-inċident. Dan wassal ukoll għal dewmien fil-kawża.