€78 miljun f’fondi addizzjonali għar-restawr f’Pompej

Il-Kummissjoni Ewropea iffirmat ftehim mal-Awtoritajiet Taljani fejn se jingħataw bi €78 miljun f’fondi addizzjonali biex jitħaffef il-proċess tar-restawr fil-belt ta’ Pompej.
Dan il-proġett qed jitmexxa mill-Unjoni Ewropea u kien approvat f’Marzu tal-2012.
B’kollox qed isiru 12-il proġett, li tlieta minnhom diġa tlestew.
Huma mistenni li x-xogħlijiet ikunu lesti sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2015.