€754,000 għall-Pulizija f’Mater Dei

Fl-aħħar ħames snin l-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei ħallsu l-ammont ta’ €754,382.82 lill-Korp tal-Pulizija għas-servizz ta’ extra duty fl-isptar.

Is-servizz mogħti mill-uffiċċjali tal-Pulizija jkopri mhux biss lid-Dipartiment tal-Emerġenza imma wkoll sezzjonijiet oħra tal-isptar.

Il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari magħmula mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Manuel Mallia spjega li minn Mejju 2013 beda jkun hemm it-tieni uffiċċjal tal-Pulizija stazzjonat fid-Dipartiment tal-Emerġenza erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, mid-distrett ta’ Birkirkara flimkien ma’ uffiċċjal mid-distrett ta’ Tas-Sliema.

Pulizija ieħor ikun iddettaljat bħala extra duty fir-Reception Area tal-isptar.