€750,000 f’xogħol strutturali fi djar tal-Gvern

Fil-preżent jinsab għaddej xogħol strutturali f’djar tal-Gvern fosthom fi blokka f’Triq ir-Rampa l-Isla, il-blokka magħrufa bħala Ras Ħanżir f’Kordin u oħrajn li jinsabu f’San Pawl il-Baħar.
Ix-xogħlijiet qed isiru b’tali mod li l-inkwilini m’għandhomx għalhekk jiġu rilokati fi djar oħra tal-Gvern.
Fl-istess ħin qed isir rinovar u jiġi studjat l-aħjar mod kif dawn il-binjiet jinkludu enerġija rinovabbli.
L-iskemi qed isiru għal dawk li ilhom mibnija madwar 20 sena bi spiża li tlaħħaq is-€750,000.
Strutturalment l-iktar li kellha bżonn it-tiswijiet hija l-binja fl-Isla fejn hemm 33 appartament.
Fil-faċċata tpoġġa scaffolding tal-ħadid u travi minħabba li l-gallarijiet u s-soqfa kienu qed iċedu.
Bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej, b’kollox saru xogħlijiet f’130 blokka jew aktar minn 440 appartament sal-aħħar ta’ Mejju li għadda.
Sabiex sar ix-xogħol kollu l-Awtorità tad-Djar daħlet fi ftehim ma tletin kuntrattur.