€75 miljun biex titjieb id-distribuzzjoni tal-elettriku madwar Malta

L-investiment ta’ €75 miljun mill-Enemalta mistenni jtejjeb id-distribuzzjoni tal-elettriku madwar Malta.

Dan taħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech waqt żjara fil-faċilità ta’ distribuzzjoni tal-enerġija tal-Kappara.

Fost oħrajn l-investiment, li issa wasal fl-aħħar stadju tiegħu, se jwassal għal titjib fil-mod li bih l-elettriku li jiġi ġenerat mill-powerstations jiġi distribwit lid-djar u n-negozji.

Il-proġett mistenni jitlesta fl-aħħar ta’ Ġunju li ġej.

Il-Ministru qal ukoll li l-interconnctor se jiġi kummisjonat f’Marzu li ġej u se jitqiegħed fil-baħar minn Awwissu. Dan se jippermetti lill-pajjiż jintroduċi sistema ta’ tariffi orħos magħtul il-lejl.