€70,000 lil 16-il organizzazzjoni volontarja f’Għawdex

Sittax-il organizzazzjoni volontarja ngħataw bejniethom aktar minn €70,000 wara li applikaw għall-iskema tal-Ministeru għal Għawdex għall-Għajnuna lill-Għaqdiet Mhux Governattivi.
Waqt il-preżentazzjoni tal-fondi, il-Ministru għal Għawdex spjegat li dawn l-għaqdiet, li bbenefikaw minn massimu ta’ €5,000, se jkunu qed jimplimentaw xi proġetti, avvenimenti u inizjattivi f’Għawdex.
Il-Ministru stiednet lil dawk dawk l-għaqdiet kollha li huma reġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji biex jaħtfu l-opportunita u japplikaw għall-iskema sal-Ġimgħa, 28 ta’ Frar 2018.
L-organizzazzjonijiet volontarji li rċevew il-fondi huma:

  • Friends of the Earth Malta;
  • The Eden and Razzett Foundation – Inspire;
  • Friends of the Sick & the Elderly in Gozo (FSEG);
  • l-Emergency Response and Rescue Corps;
  • L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts;
  • L-Emergency Response and Rescue Corps – CADETS;
  • is-Soċjetà Filarmonika La Stella,
  • Munxar Falcons F.C.;
  • l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni;
  • Is-soċjetà Filarmonika Santa Marija;
  • Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013;
  • Soċjetà Filarmonika Mnarja;
  • Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Munxarin;
  • Dar Ġużeppa Debono;
  • Gozo Half Marathon u
  • l-Fondazzjoni OASI Foundation

Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri