€70,000 donazzjoni għar-riċerka fil-kanċer

Il-Fondazzjoni tal-Karità ALIVE ppreżentat għotja ta' €70,000 oħra lill-Fond għar-Riċerka tal-Università ta' Malta (RIDT).
RIDT huwa fond għall-programm speċjalizzat tal-Università li jiffoka r-riċerka fuq il-kanċer fit-tfal.
Din is-somma nġabret minn ċiklisti tal-ALIVE meta s-sena l-oħra wettqu sfida ta’ 1,100km mill-Kroazja sal-Belt tal-Vatikan f’sebat ijiem.
Waqt l-għotja, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni tal-Karità ALIVE, Nicky Camilleri bl-għajnuna tal-isponsor ewlieni RE/MAX, ALIVE investiet €70,000 ieħor fi proġett għar-rinnovament skont livelli għoljin ta’ żona tal-logħob ġewwa u barra ċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Spjega li dan il-proġett se jkun inawgurat fil-ġimgħat li ġejjin.
Żied jgħid li ALIVE se tniedi l-Programm ta' Riċerka fuq il-Kanċer ALIVE b'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta, bil-għan li jiffaċilita u jżid l-opportunitajiet għal riċerkaturi Maltin fil-qasam mediku tal-kanċer.
Ir-RE/MAX ALIVE2017 Cycling Challenge for Cancer se ssir mis-7-16 Lulju.
Il-grupp se jagħmel distanza ta' madwar 1,200km f’sebat ijiem minn Kopenħagen (id-Danimarka) sa Varsavja (il-Polonja), u jgħaddi minn Berlin (il-Ġermanja).