€7 miljun għal Masters jew PhD

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħabbru investiment li se jlaħħaq is-€7 miljun immirat sabiex jinċentiva persuni li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom f’livell ta’ Masters jew PhD.
Fl-aħħar bagit kien tħabbar li individwi li jidħlu għal dawn il-korsijiet ma jħallsux taxxa ta’ dħul sa massimu ta’ sentejn minn meta jiggradwaw u jidħlu f’impjieg.
Din l-iskema jistgħu japplikaw għaliha persuni taħt l-40 sena li jiddeċiedu li jagħmlu kors f’livell ta’ Masters jew PhD, MQF 7 u MQF 8.