€7,000 riklami f’xahar fuq Facebook għall-Presidenza Maltija

F’xahar wieħed, bejn l-1 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej nefaq €6,991 f’reklamar fuq Facebook dwar il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru Helena Dalli qalet li r-reklamar fuq Facebook sar biex jiżdiedu s- segwaċi  u biex issir promozzjoni tal-attivitajiet kulturaliu l-kisbiet tal-Presidenza Maltija.
Kważi €2,000 għall-Edukazzjoni u Xogħol
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol  wieġeb li n-nefqa fil-Ministeru tiegħu fuq Facebook bejn Mejju u Ġunju kienet ta’ €1,978.50.
Mill-Ministeru għall-Enerġija intefqu €298.06 għal reklamar fuq Facebook dwar l-Enemed.
Fil-każ tal-Enemalta, l-informazzjoni ma ngħatatx għax “tista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.”
Fl-istess xahar, il-Ministeru tal-Finanzi m’għamilx riklami fuq Facebook. Il-Ministru tat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali wieġbu li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
L-ispiża fuq Facebook f'xahar minn Ministeri oħra
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – € 1,615.39
Ministeru għal Għawdex: €1,250
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Awtorità tal-Ippjanar: €529.03
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – €45.91; il-Kumpanija WasteServ nefqet €171.14
Ministeru għas-Saħħa –  €82
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – l-ebda riklami fuq FB