€658,039 għad-Dar tal-Providenza waqt il-maratona tal-volleyball

Inġabru €658,039 għad-Dar tal-Providenza waqt il-maratona ta’ volleyball li ġiet organizzata lbieraħ.
53 siegħa ta’ volleyball issarrfu f’dis-somma sabiħa li se tmur kollha sabiex id-Dar tal-Prividenza tkompli toffri s-sapport tagħha lil min għandu bżonn.
Id-disa’ Maratona tal-Volleybal BOV Marigold bdiet nhar il-Ġimgħa u ntemmet ilbieraħ.
B’aktar minn 300 voluntier u 40 plejer, il-maratona ntemmet għall-ħabta ta’ 12am ta’ lbieraħ.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja lill-poplu Malti talli jibqa’ juri kull darba kemm jemmen fix-xogħol li tagħmel id-dar.
Is-somma miħbura tinkludi fiha t-€355,353 li nġabru waqt Xarabank il-Ġimgħa tal-ġimgħa l-oħra.