€650 b’risq Puttinu permezz ta’ Santa’s Magical Booth f’The Duke

Minkejja li n-numru ta’ tfal li tħallew jidħlu fil-booth kien limitat, 250 tifel u tifla rnexxilhom jagħmlu donazzjoni u wara jidħlu fil-kju biex jidħlu fil-kamra maġika fejn, permezz tat-telefown seta’ jkollhom konversazzjoni ma’ Santa Klaws.
Biex l-esperjenza tkun iktar realistika, kien hemm l-elves u karattri animati differenti, fosthom il-fairy maġika Olaf, l-isnoman, Willy Wonka u ħafna iktar, apparti minn effett realistiku ħafna tal-borra nieżla. It-tfal ingħataw wkoll xi ħelu u rigal zgħir huma u ħerġin mil-kamra.
Din kienet waħda mill-inizjattivi tas-sidien ta’ The Duke biex jiġbru fondi għall-karità.
Maria Farrugia, Amministratur taċ-Ċentru Kummerċjali ‘The Duke’, irringrazzjat lil dawk kollha li taw sehemhom u b’hekk Santa’s Magical Booth seta’ kien suċċess kbir.
Qalet li “il-kelma malajr ġriet fuq Santa’s Magical Booth u għamilna ħilitna biex l-esperjenza tat-tfal tkun awtentika kemm jista’ jkun. Din hi attrazzjoni li mhix ta’ darba u nisperaw li organizzazzjonijiet tal-karità bħal Puttinu – fejn it-tfal qegħdin igawdu mill-kontribut ta’ tfal oħra – igawdu ukoll fl-istaġun tal-Milied li ġej.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt