€60 miljun għall-SMEs Maltin għall-5 snin li ġejjin

Għall-ħames snin li ġejjin, l-intrapriżi żgħar u medji Maltin se jkollhom madwar €60 miljun għad-dispożizzjoni tagħhom, biex jiffinanzjaw l-iżvilupp u t-tkabbir tagħhom.
Dan permezz ta’ ftehim bejn il-Fond Ewropew għall-Investiment u l-Bank of Valletta, li ġie ffirmat ilbieraħ fil-preżenza tad-Deputat Prim Ministru Louis Grech u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Hu stmat li 850 intrapriża jistgħu jgawdu minn self sa massimu ta’ €500,000 b’rati ta’ imgħax aktar baxxi u anki b’kundizzjonijiet aktar favorevoli.
Minkejja li l-faċilità hi miftuħa għal kull tip ta’ SME, hu mistenni li s-self ras għal ras ikun ta’ madwar €70,000.
Fi stqarrija, il-Bank of Valletta qal li hu l-ewwel bank f’Malta li qed jimplimenta inizjattiva ġdida għall-finanzjament tal-SMEs.