€60,000 biex tissaħħan il-pixxina tan-Neptunes

SportMalta se tibda tħallas madwar €60,000 fi spejjeż operattivi u spejjeż tal-gass biex tissaħħan il-pixxina tan-Neptunes Waterpolo and Swimming Club. 
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li l-pixxina se tibda tiġi msaħħna bejn Ottubru u Diċembru u bejn Marzu u Mejju. 
Żied jgħid li fix-xhur ta’ Jannar u Frar il-pixxina mhux se tiġi msaħħna minħabba li l-post li qiegħda fih tkun milquta sew minn maltempati matul dawn ix-xahrejn. 
Matul Jannar u Frar it-tims kollha ta’ Neptunes se jkunu jistgħu jitħarrġu fil-pixxini nazzjonali ta’ SportMalta bl-istess kundizzjonijiet, disponibbiltà u rati bħal klabbs lokali oħra.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott