€6 miljun għal mediċini ġodda kontra l-kanċer

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-baġit għas-saħħa fl-2018 huwa ta’ €611-il miljun, żieda ta’ €76 miljun fuq dak tas-sena l-oħra.
Id-Deputat Prim Ministru spjega li fost l-oħrajn hemm ivvutati €6 miljun għal mediċini ġodda għal kanċer u €3 miljun biex jinbidel ċertu makkinarju fl-Isptar Mater Dei.
Semma wkoll kif għall-ewwel darba f’dan il-baġit se jkun hemm servizzi għal persuni transgender, li se jibdew jidħlu fis-seħħ mis-sena d-dieħla, kif ukoll vot akbar għall-IVF.
Fearne fakkar ukoll li s-sena d-dieħla mistennija tiġi emendata l-liġi, li se twassal biex aktar nisa jkunu eleġibbli għall-IVF.