€6,000 f’kumpens wara li 55 seduta ma wasslu għall-ebda konklużjoni

Raġel ingħata kumpens ta’ €6,000 wara li l-proċeduri fil-każ tiegħu ħadu fit-tul. Hu mifhum li tmien snin ilu, ir-raġel kien akkużat li mporta u ttraffika d-droga eroina.

L-akkużat wieġeb mhux ħati li mporta u ttraffika seba’ kilogrammi tad-droga eroina.

Dalgħodu, sar magħruf li fil-qorti saru 55 seduta b’rabta ma’ dan il-każ, iżda ma kien irreġistrat l-ebda progress.

Madanakollu, ir-raġel mistenni jingħata €10 għal kull ġurnata sakemm l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi jekk l-akkużat għandux jgħaddi ġuri jew le.