€517,284 miġbura b’risq Puttinu Cares waqt Xarabank

Waqt il-programm Xarabank, inġabret is-somma ta’ €517,284 b’risq il-Puttinu Cares.

Il-Puttinu Cares Cancer Support Group, li twaqqaf ħdax-il sena ilu, jaħdem biex jgħin lill-qraba ta’ dawk il-persuni maħkuma mill-marda qerrieda tal-kanċer.

Fost aktar attivitajiet, illum fi stabbiliment kummerċjali fir-Rabat Għawdex, qed isir bejgħ ta’ figolli b’risq il-Puttinu Cares.

Intant, matul il-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-kbira, saret mixja ta’ 27 kilometru, mill-Mellieħa sal-Isla, li l-flus tagħha ukoll mar għal din l-għaqda.  Din kienet l-10 edizzjoni ta’ din il-mixja u r-raba’ darba li l-fondi miġbura se jmorru b’risq Puttinu Cares.