€500 talli ffalsifika biljett ta’ tal-linja

Student ta’ 20 sena mill-Imqabba qed ikun akkużat li ffalsifika biljett ta’ tal-linja u talli ffroda l-Gvern €32.

Iż-żagħżugħ inqabad jagħmel dan l-att minn ħaddiem ta’ tal-linja li kien fuq il-karozza tal-linja fil-Qawra.
L-ispettur tal-Pulizija Joseph Busuttil qal li malli l-istudent ittieħed l-għassa tal-pulizija, fuqu instabu ukoll għadd ta’ biljetti foloz oħrajn. Dawn il-biljetti ġew ippreżentati fil-Qorti bħala prova.

L-istudent wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personli ta’ €500.