​€500 għal kull atleta Għawdxi

Il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jagħti €500 fis-sena lil kull atleta minn Għawdex.
Fi stqarrija, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret skema ġdida li tassisti lill-isportivi Għawdxin.
Skont il-Ministeru, atleti u sportivi Għawdxin li mhux qed igawdu minn kuntratt professjonali fid-dixxiplina sportiva li jipprattikaw, se jingħataw għajnuna finanzjarja li tnaqqas mill-ispejjeż li jagħmlu biex jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex minħabba taħriġ u kompetizzjonijiet.
Iċ-Ċerpersin tal-Bord tal-Isport f’Għawdex Sean Daly faħħar l-inizjattiva u inkoraġġixxa aktar sportivi Għawdxin biex jaħtfu l-opportunità u jitħarrġu Malta “għax permezz ta’ din l-iskema se jsibu sostenn.”
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħfas hawn.
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri