€500,000 għar-restawr tas-sur fl-Isla

Madwar €500,000 se jkunu allokati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għar-restawr tas-sur fl-Isla. Din se tkompli tikkumplimenta x-xogħol ta’ restawr li qed isir fuq il-fortifikazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Birgu.
Dan qalu s- Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Ġnien tal-Gardjola fl-Isla, fejn ħabbar li dan ir-restawr se jibda fiż-żmien li ġej.
Spjega li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet se jiġu kkonsolidati dawk il-partijiet tas-swar li kienu tħallew abbandunati.
Qal li apparti t-tisbiħ tal-ħitan ta’ difiża, se jsir ukoll xogħol fuq il-Gardolja, li fiha nfisha hi attrazzjoni turistika li tagħti veduta grandjuża tal-Port il-Kbir.
Kompla jgħid li r-restawrazzjoni fuq is-swar hu ta’ neċessità peress li dawn qed jispikkaw iktar minħabba l-istat orribbli li qegħdin fih, speċjalment issa li qed isir ħafna sforz għar-riġenerazzjoni għall-madwar tal-Port il-Kbir.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott