€500,000 għal esproprazzjoni fiċ-Ċittadella

Il-Gvern nefaq ftit aktar minn €500,000 fl-aħħar sentejn għall-esproprazzjoni ta’ seba’ fondi ta’ art fiċ-Ċittadella.
Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Refalo spjega l-art esproprjata tikkonsisti f’rovini ta’ importanza arkeoloġika u storika u saret kif  rakkomandat fil-Masterplan taċ-Ċittadella li sar fl-2010.
L-ispiża għall-esproprjazzjoni kienet tvarja minn €21,000 għal €144,000 għall-fondi ta’ daqsijiet differenti għal total ta’ €533,000