€50 għall-eks student li kien fis-sakra u kiser l-ordni pubblika

Ġie lliberat l-eks student universitarju li sentejn ilu kiser l-ordni pubblika fil-Belt Valletta, waqt li kien qed jiċċelebra f'Jum il-Gradwazzjoni. 
Iż-żagħżugħ, li għandu 29 sena kien akkużat ukoll li offenda uffiċjal tal-pulizija, m’obdiex l-ordnijiet tiegħu, kien fis-sakra, u tkellem ħażin fil-pubbliku.
Fil-Qorti, l-akkużat qal li ma setax jiftakar ċertu dettalji relevanti, fosthom li ħaseb li kien qiegħed fl-Għassa ta’ San Ġiljan, meta kien f'tal-Belt, fejn ġie arrestat.
B'hekk, iż-żagħżugħ ma nstabx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, għax kien fis-sakra u ma kienx kapaċi jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin.
L-eks student ingħata multa ta' €50.