€5 miljun iktar fir-riċerka fix-xjenza tal-mediċina

Rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li fl-2015 intefqu €5 miljun iktar fir-riċerka fix-xjenza tal-mediċina. Dan kien is-settur bl-ikbar żieda fl-investiment minn sena għall-oħra.
Fl-2015, l-ispiża għar-riċerka u l-iżvilupp laħħqet il-€71.5miljun, żieda ta’ €11miljun fuq is-sena ta’ qabel.
Il-maġġoranza tar-riċerka saret mis-settur kummerċjali u saret l-aktar fl-oqsma tal-inġinerija u t-teknoloġija.
2,375 persuna jaħdmu fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp, bil-maġġoranza huma rġiel.