​€5 miljun għar-riċerka u innovazzjoni fl-agrikoltura

Tnieda l-programm PRIMA b’valur ta’ €5 miljun għar-riċerka u innovazzjoni għall-immaniġġjar tal-ilma, agrikoltura sostenibbli u sistemi għall-ikel mill-agrikoltura.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni Silvio Schembri spjega li l-programm PRIMA hu mifrux fuq medda ta’ 10 snin.
Żied jgħid li kull sena se jkunu allokati €500,000 biex ikunu ffinanzjati programmi marbuta ma’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-biedja.
Is-sejħa għar-riċerka se tkun mnedija kull sena u se tkun teħtieġ kollaborazzjoni transnazzjonali bejn pajjiżi differenti li qed jipparteċipaw fi PRIMA (19-il stat parteċipant.)
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija se jkun qed jappoġġja riċerkaturi lokali tul il-proċess.
 Aktar informazzjoni hawn.