​€5.6 miljun għall-wirt storiku Malti fl-2016

Is-sena li għaddiet il-Gvern nefaq €5.6 miljun f’restawr ta’ postijiet storiċi.
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal dan fil-Parlament, fejn spjega li €1.8 miljun minn din is-somma, waslu minn fondi Ewropej.
Il-kumplament tal-flus, li jammontaw għal kważi €3 miljun, intnefqu mill-Fondi Nazzjonali.
Il-Ministru Bonnici sostna li dawn il-fondi marru għall-konservazzjoni fost l-oħrajn tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, it-Tempji tal-Ġgantija, Forti Sant’Anġlu, il-Fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex, il-Forti Sant’Iermu, Bighi, Ħaġar Qim u l-Imnajdra.