€5,000 kull xahar f’reklamar għat-trasport pubbliku

F’temp ta’ 11-il xahar ntefqu €22,127 minn fondi pubbliċi għal reklamar dwar it-trasport pubbliku.
Fil-Parlament, il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi qal li dan minbarra €32,535 f’reklamar li ġie bbukkjat imma għadu ma tħallasx.
Il-Ministru Mizzi żied jgħid li ġew allokati €350,000 f’fondi Ewropej għal reklamar fuq trasport pubbliku, speċifikament fuq il-kampanja li tippromwovi l-użu tat-trasport pubbliku u tal-linja card.
Joe Mizzi semma li fiż-żmien li t-trasport pubbliku kien immexxi mill-Arriva, Transport Malta kienet ħallset €62,000 f’reklamar dirett u €77,808 oħra li tħallsu mill-Arriva u ngħatawlha lura minn Transport Malta.