€43,000 f’kumpens lill-familjari ta’ raġel li miet f’inċident f’Ħal Far

Il-Qorti ordnat li għandu jingħata kumpens ta’ aktar minn €42,600 lill-familja ta’ George Portelli li miet f’inċident li seħħ f’Ħal Far f’Marzu tal-2001.
Il-vittma kien qed jaqasm it-triq biex imur jara wirja ta’ karozzi meta ntlaqat minn Jonathan Mifsud.
Portelli sofra ġrieħi f’rasi u fix-xewka ta’ dahru u miet aktar tard fl-istess jum fl-isptar.
Fil-Qorti, Mifsud ammetta l-akkużi mressqa kontrih fosthom li kien qed isuq perikoluż.
Fis-sentenza, l-Qorti kkonkludiet li dakinhar l-akkużat kien qed isuq b’veloċità eċċessiva għaliex il-vittma kien diġà qasam aktar minn nofs it-triq meta ntlaqat u li kien hemm viżibbli sinjali twal tal-brejkijiet.