​€42 miljun minn fondi Ewropej għall-proġetti Maltin

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li se jitnedew 13-il proġett soċjali b’investiment ta’ €42 miljun minn fondi Ewropej.
Spjega li permezz ta’ dawn il-proġetti se jkun hemm ħolqien ta’ xogħol u karrieri aħjar, għajnuna għas-saħħa u għall-inklużjoni soċjali.
Aaron Farrugia qal li l-Fond Soċjali Ewropew għal Malta jikkontribwixxi għall-mira tal-ġlieda kontra l-faqar. Kompla jgħid li l-ekonomija moderna tista’ tirnexxi biss jekk tagħmel użu mit-talent kollu taċ-ċittadini tagħha.
Qal li dan l-investiment mhux biss soċjalment ġust iżda fiż-żminijiet tal-lum hu neċessità ekonomika.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri